Inizjattiva mibdija mill-Isqof Nikol Ġ. Cauchi ftit wara li sar Amministratur Appostoliku, Il-Bullettin tal-Ħadd hu fuljett ta’ kull nhar ta’ Ħadd li ilu jiġi ppubblikat sa mill-1969. Jinkludi parti djoċesana komuni mħejjija mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tad-Djoċesi, filwaqt li l-parti oħra tkun speċifika għal kull parroċċa jew knisja. Jitqassam kull ġimgħa mid-distributuri tal-parroċċi u l-knejjes lil kull dar fil-gżira Għawdxija.