Aqbeż għall-kontenut

Sagramenti u Liturġija

Il-liturġija hija, fi kliem il-Konċilju Vatikan II, “il-quċċata li lejha timxi l-ħidma tal-Knisja u fl-istess waqt l-għajn li minnha ġejja kull qawwa tagħha” (Sacrosanctum Concilium, 10). Il-Knisja f’Għawdex tfittex li l-fidili kollha jieħdu sehem sħiħ, ħaj u konxju fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi u fis-Sagramenti.

Il-Kummissjoni Liturġika toffri korsijiet ta’ formazzjoni u sussidji biex is-Sagramenti u s-Sena Liturġika jingħexu b’mod konxju u parteċipat, filwaqt li l-Kummissjoni Arti Sagra u ċ-Ċentru ta’ Arti Liturġika Eikon jieħdu ħsieb l-arti sagra u liturġika fil-knejjes. Il-Kor Djoċesan janima bil-kant iċ-ċelebrazzjonijiet ewlenin tal-Knisja f’Għawdex.

F’din it-taqsima ssib ukoll tagħrif u formoli dwar is-Sagramenti, il-ħinijiet tal-quddies u l-liturġija ta’ kuljum.