Aqbeż għall-kontenut

Il-Kurja

Mission Statement tal-Kurja tal-Isqof ta’ Għawdex

Il-Kurja ta’ Għawdex tgħin lill-Isqof fit-treġija tal-Knisja lokali u tal-poplu ta’ Għawdex lejn Kristu. Fi spirtu ta’ komunjoni u dixxerniment, l-uffiċċji tagħha joffru servizz attent u professjonali. B’għajnejha miftuħa għas-sinjali taż-żminijiet, hi tagħti widen qabelxejn għall-ħtiġijiet taż-żgħażagħ u tfittex li tilħaq lil dawk li ma jipprattikawx il-fidi, l-emarġinati, u l-barranin.