L-Uffiċċji tal-Kurja jassistu lill-Isqof ta’ Għawdex fit-twettiq tal-ministeru tiegħu u fit-tmexxija tal-ħajja pastorali tad-Djoċesi. Kull uffiċċju għandu qasam speċifiku ta’ ħidma, u flimkien jaħdmu biex il-missjoni tal-Knisja lokali titwettaq b’mod ordnat u kkordinat.
Is-Segretarju tal-Isqof jikkordina s-Segretarjat tal-Isqof u jieħu ħsieb il-korrispondenza, l-aġenda u l-impenji tiegħu, filwaqt li s-Segretarju Pastorali Djoċesan jgħin fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-missjoni pastorali tad-Djoċesi. L-Uffiċċju għall-Komunikazzjoni u l-Midja jieħu ħsieb il-komunikazzjoni istituzzjonali tad-Djoċesi, u l-Uffiċċju għat-Turiżmu Pastorali jippromovi l-pastorali u t-turiżmu reliġjuż f’Għawdex.
L-Uffiċċju tal-Legati u l-Quddies Fundati jħares l-obbligi ta’ quddies li jirriżultaw minn legati u fondazzjonijiet, u l-Uffiċċju tal-Missjonijiet Pontifiċji (Missio) iħeġġeġ l-impenn missjunarju tal-Knisja lokali.