Aqbeż għall-kontenut

Vigarji Episkopali u Delegati

Il-Vigarji Episkopali u d-Delegati huma l-kollaboraturi tal-Isqof ta’ Għawdex fit-tmexxija pastorali tad-Djoċesi. Il-Vigarju Ġenerali huwa l-eqreb kollaboratur tal-Isqof fit-tmexxija pastorali u amministrattiva, filwaqt li l-Vigarju Episkopali għall-Kleru jeżerċita s-setgħa eżekuttiva ordinarja fil-qasam fdat lilu, skont il-Kodiċi tad-Dritt Kanoniku.

Id-Delegati jassistu lill-Isqof f’oqsma partikulari tal-ħajja tad-Djoċesi: il-kleru, il-ħajja kkonsagrata, il-lajċi, il-liturġija, l-evanġelizzazzjoni u l-katekeżi, il-familja, il-vokazzjonijiet, l-iskejjel tal-Knisja u l-ħidma pastorali fihom, id-djakonija, l-ekumeniżmu u l-komunitajiet etniċi, l-adolexxenti u ż-żgħażagħ, u l-ambjent u s-sostenibbiltà.

Kull wieħed minnhom jippromovi, jikkordina u jiżviluppa l-ħidma fil-qasam fdat lilu, sabiex il-missjoni tal-Knisja f’Għawdex titwettaq f’għaqda mal-Isqof u b’attenzjoni għall-bżonnijiet tal-poplu ta’ Alla.