Aqbeż għall-kontenut

Ir-Responsabbli għall-Ambjent u s-Sostenibbiltà

Ir-Responsabbli għall-Ambjent u s-Sostenibbiltà jassisti lill-Isqof fil-promozzjoni ta’ kultura ta’ kura għall-ħolqien u ta’ ekoloġija integrali fid-Djoċesi ta’ Għawdex, ispirata mit-tagħlim tal-Knisja, b’mod partikulari mill-Enċiklika Laudato si’, kif ukoll mill-prijoritajiet pastorali tad-Djoċesi.

Huwa jikkordina u jippromwvi inizjattivi li jħeġġu prattiki sostenibbli fil-parroċċi, fl-iskejjel, fil-komunitajiet reliġjużi u fl-entitajiet djoċesani, filwaqt li jqajjem għarfien dwar ir-responsabbiltà Nisranija lejn il-ħolqien u l-użu għaqli tar-riżorsi naturali.

Ir-Responsabbli jikkollabora mal-parroċċi u ma’ entitajiet oħra tal-Knisja f’Malta u f’Għawdex sabiex jissaħħu l-kordinazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politika ambjentali komuni. Huwa jippromovi wkoll inizjattivi ta’ formazzjoni u sensibilizzazzjoni li jgħinu lill-komunitajiet ekkleżjali jgħixu b’mod konkret l-impenn tagħhom favur il-ħarsien tal-ħolqien u l-promozzjoni tal-ġid komuni.

Dettalji ta’ kuntatt
Ir-Responsabbli għall-Ambjent u s-Sostenibbiltà
Is-Sur Anthony Zammit