Il-Vigarju Ġenerali tad-Djoċesi ta’ Għawdex huwa l-eqreb kollaboratur tal-Isqof fit-tmexxija pastorali u amministrattiva tad-Djoċesi. Maħtur mill-Isqof, huwa jgħinu fit-twettiq tal-missjoni tiegħu bħala Ragħaj tal-Knisja lokali u jikkollabora miegħu biex il-ħajja u l-ħidma pastorali tad-Djoċesi jimxu b’għaqda, b’ordni u b’fedeltà lejn il-Vanġelu.
Skont il-Kanoni 475-481 tal-Kodiċi tad-Dritt Kanoniku, il-Vigarju Ġenerali huwa mogħti s-setgħa eżekuttiva ordinarja fuq id-Djoċesi kollha. Din is-setgħa tippermettilu jwettaq dawk l-atti amministrattivi u pastorali kollha li, skont il-liġi, huma meħtieġa għat-tmexxija ordinarja tad-Djoċesi, dejjem f’isem l-Isqof u skont l-intenzjonijiet u d-direzzjoni pastorali tiegħu.