Aqbeż għall-kontenut

Oħrajn

Il-ħidma ta’ karità tal-Knisja f’Għawdex issir ukoll permezz ta’ għaqdiet u servizzi oħra. Il-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu, imwaqqaf fl-1987, jappoġġja proġetti ta’ edukazzjoni, saħħa u żvilupp uman, b’attenzjoni speċjali lejn tfal foqra u vulnerabbli.

L-Ordni ta’ Malta – Voluntiera f’Għawdex joffru għajnuna spiritwali, medika u soċjali, fosthom trasport għal persuni li jużaw siġġu tar-roti u żjarat lill-anzjani, filwaqt li s-Servizzi Soċjali tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija joffru appoġġ professjonali lill-istudenti u lill-familji fl-iskejjel tal-Knisja.