Il-ħajja ta’ kull Nisrani Kattoliku hi mmarkata minn sinjali ta’ grazzja li tana Kristu nnifsu permezz tal-Knisja tiegħu, u li nsejħulhom is-seba’ Sagramenti.
Il-Magħmudija hija l-ewwel mit-tliet Sagramenti tal-Inizjazzjoni Kristjana, u tiftaħ it-triq għal din il-ħajja ta’ wlied Alla filwaqt li ssieħeb lil min jemmen fil-familja kbira ta’ Ġesù li hija l-Knisja. Imwettaq bl-ikel tal-Ewkaristija, u midluk bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, id-dixxiplu jikber fil-ħbiberija ma’ Alla permezz tas-smigħ tal-Kelma ta’ Alla u t-talb.
Is-Sagramenti taż-Żwieġ u tal-Ordni Sagri jkomplu jżejnu bil-grazzja lil dawk li jwieġbu għas-sejħa ta’ Alla biex iqaddsu lil xulxin f’xi stat jew ieħor tal-ħajja.
Il-Knisja toffri wkoll irrikonċiljat mill-ġdid ma’ Alla bil-Qrar, kif ukoll id-Dilka tal-Morda bħala sagrament ta’ fejqan u ta’ akkumpanjament fil-mumenti tat-tbatija jew dawk li jwasslu għall-mewt.
Jekk tixtieq issir taf aktar dwar il-fidi Nisranija u l-Knisja Kattolika, jew dwar il-preparazzjoni għas-Sagrament tal-Magħmudija, nistednuk tagħmel kuntatt magħna fuq [email protected] jew [email protected].
Għal dawk li huma diġà mgħammda fil-Knisja Kattolika, il-preparazzjoni kateketika għas-Sagramenti ssir fil-parroċċa jew komunità ta’ fidi li fiha jgħixu. Jekk għandek bżonn aċċess għal xi formla partikulari, żur Dokumenti u Formoli.