Il-Caritas, parti mill-familja internazzjonali tal-Caritas Internationalis, hija l-istruttura pastorali karitattiva li permezz tagħha l-Knisja f’Għawdex taħdem favur il-foqra u l-inklużjoni ta’ persuni f’sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà jew emarġinazzjoni soċjali.
Fost is-servizzi marbuta magħha hemm il-Food Bank, li jqassam ikel miġbur mill-komunitajiet parrokkjali lil persuni u familji fil-bżonn; il-Migration Legal Clinic, li f’kollaborazzjoni mal-Jesuit Refugee Service toffri pariri legali bla ħlas dwar l-immigrazzjoni u l-ażil; u l-Kummissjoni Djoċesana Persuni b’Diżabbiltà.