Il-Knisja f’Għawdex tmexxi u tappoġġja diversi djar u servizzi għal min għandu bżonn kura u appoġġ. Villa San Lawrenz hija dar residenzjali għall-anzjani proprjetà tad-Djoċesi, b’kapaċità ta’ 69 resident, filwaqt li s-Sorijiet Dumnikani jmexxu Saint Dominic Home for the Elderly fil-Belt Victoria.
Il-Fondazzjoni Arka taħdem għall-ġid u l-inklużjoni tal-persuni b’diżabbiltà u tal-familji tagħhom, u Dar Ġużeppa Debono, f’Għajnsielem, toffri residenza, akkumpanjament u appoġġ lill-ommijiet u l-missirijiet waħedhom u lill-familji tagħhom.