Is-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù, fil-Belt Victoria, inawgurat fl-1866, joffri formazzjoni umana, spiritwali, intellettwali u pastorali lil dawk il-ġuvintur li jixtiequ jwieġbu għas-sejħa ta’ Alla biex ikunu presbiteri. Jippromovi wkoll il-pastorali vokazzjonali u joffri formazzjoni kontinwa lill-kleru.
Fis-Seminarju jinsab ukoll l-Istitut Teoloġiku tal-Qalb ta’ Ġesù, affiljat mal-Università Pontifiċja ta’ San Tumas ta’ Aquino (Angelicum) f’Ruma, li joffri l-Baċellerat fit-Teoloġija lil seminaristi, lil membri ta’ istituti ta’ ħajja kkonsagrata u lil studenti lajċi.