Aqbeż għall-kontenut

Adulti

Fid-Djoċesi ta’ Għawdex, l-adulti jistgħu jkomplu jikbru fil-fidi permezz ta’ diversi movimenti, għaqdiet u gruppi, kull wieħed bil-kariżma u bil-mod ta’ ħidma tiegħu. Uħud jiffokaw fuq il-Kelma ta’ Alla u t-talb, oħrajn fuq il-ħajja tal-komunità, il-formazzjoni u l-appostolat tal-lajċi.

Hawn issib il-Kummissjoni għall-Pastorali tal-Familja, il-Komunitajiet Ewkaristiċi, il-Mixja Neokatekumenali, il-Leġjun ta’ Marija, l-Azzjoni Kattolika, il-Fraternitajiet ta’ Charles de Foucauld u l-gruppi tal-Lectio Divina.