L-ispiritwalità ta’ San Charles de Foucauld, b’enfasi fuq Ġesù Ewkaristija, il-ħajja sempliċi, it-talb, il-fraternità u l-abbandun f’Alla, tingħex f’Għawdex f’żewġ fraternitajiet.
Il-Fraternità Saċerdotali tiġbor presbiteri tad-Djoċesi li jiltaqgħu kull xahar f’Dar Manresa għall-adorazzjoni u l-fraternità, filwaqt li l-Fraternità Sekulari tiġbor lajċi li jfittxu jgħixu din l-ispiritwalità fil-ħajja ta’ kuljum tal-familja, tax-xogħol u tal-komunità.