Aqbeż għall-kontenut

Lectio Divina

Il-Gruppi tal-Lectio Divina huma gruppi ta’ fidili li jinġabru regolarment biex jisimgħu, jimmeditaw u jitolbu bil-Kelma ta’ Alla, u jħalluha tmexxihom lejn laqgħa aktar profonda ma’ Ġesù Kristu u lejn bidla fil-ħajja.

Permezz tal-qari attent tat-Bibbja (speċjalment il-qari tal-Vanġelu tal-Ħadd), il-meditazzjoni, it-talb u l-kontemplazzjoni, il-parteċipanti jfittxu li jagħrfu dak li Alla qed jgħidilhom permezz tal-Kelma tiegħu u kif din għandha titħaddem b’mod konkret fil-ħajja tagħhom. Il-qsim fratern tal-Kelma jgħin ukoll biex il-fidi tgħix f’komunjoni ma’ ħaddieħor.

Il-Gruppi tal-Lectio Divina jippromovu għalhekk il-familjarità mal-Iskrittura, il-ħajja tat-talb u d-dixxerniment Nisrani, u jgħinu lill-parteċipanti jgħaqqdu l-Kelma ta’ Alla mal-ħajja ta’ kuljum, mal-ħajja tal-Knisja u mal-missjoni tagħhom fid-dinja.

Il-Gruppi huma preżenti f’diversi parroċċi u knejjes fid-Djoċesi. Fuq livell djoċesan, mill-ewwel Ħadd tal-Avvent sa Għid il-Ħamsin issir ukoll Lectio Divina minn diversi biblisti kull nhar ta’ Ħadd filgħaxija fis-Santwarju Ta’ Pinu.