Aqbeż għall-kontenut

Il-Kor Djoċesan

Il-Kor Djoċesan, oriġinarjament il-Kor Djoċesan taż-Żgħażagħ, twaqqaf diversi snin ilu bl-għan li janima ċ-ċelebrazzjonijiet ewlenin tal-Knisja f’Għawdex, bħalma huma l-Velji Djoċesani ta’ Kristu Re u ta’ Għid il-Ħamsin, kif ukoll l-Ordinazzjonijiet fil-Katidral.

Matul is-snin il-Kor anima bil-kant mumenti sinifikattivi bħalma kienu ż-Żjarat tal-Papa Benedittu XVI u dik tal-Papa Franġisku fil-gżejjer Maltin.

Il-ġeneru ewlieni tal-Kor hu l-mużika sagra adattata għal-liturġija, imma jinterperta wkoll ġeneri oħra bħal mużika ta’ ispirazzjoni Nisranija, dejjem bl-għan li jevanġelizza permezz tal-kant.

Il-Kor hu magħmul prinċipalment minn vuċijiet femminili.

Dettalji ta’ kuntatt
Direttur
Dorienne Portelli