Aqbeż għall-kontenut

Djakonija

Id-djakonija hija l-ħidma soċjali u karitattiva tal-Knisja f’Għawdex, bħala espressjoni konkreta tal-imħabba ta’ Kristu lejn dawk li jinsabu fil-bżonn, b’attenzjoni partikulari lejn persuni u familji vulnerabbli u emarġinati. Din il-ħidma hija kkordinata mill-Uffiċċju tad-Djakonija.

F’din it-taqsima ssib il-Caritas u s-servizzi tagħha, id-djar tal-Knisja għall-anzjani, għall-persuni b’diżabbiltà u għall-familji, il-Kappillanija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, u għaqdiet oħra ta’ karità. Int ukoll tista’ tagħti sehmek f’din il-ħidma.