Aqbeż għall-kontenut

Il-Kummissjoni Liturġika

Il-Kummissjoni Liturġika tad-Djoċesi taħdem bla heda biex iġġib dejjem aktar ’il quddiem il-parteċipazzjoni tal-fidili fil-Liturġija Mqaddsa.

“Ommna l-Knisja tixtieq ħafna li l-fidili kollha jitwasslu għal sehem sħiħ, ħaj u li jiftiehem fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi, li hu mitlub min-natura nfisha tal-Liturġija” (Sacrosanctum Concilium, 14), li hi “l-quċċata li lejha timxi l-ħidma tal-Knisja u fl-istess waqt l-għajn li minnha ġejja kull qawwa tagħha” (n. 10).

Dan qed isir billi jsiru diversi korsijiet ta’ formazzjoni liturġika kif ukoll jitħejjew sussidji biex wieħed jgħix b’mod konxju, ħaj u parteċipat kemm is-Sagramenti u kemm is-Sena Liturġika.

Jingħataw ukoll korsijiet marbuta mal-ministeri liturġiċi, f’attenzjoni kontinwa għal dak kollu li toħroġ minn żmien għal żmien il-Kongregazzjoni għall-Kult Divin.

Dettalji ta’ kuntatt
Delegat għal-Liturġija
Dun Injazju Borg