Fid-Djoċesi ta’ Għawdex jgħixu diversi forom ta’ ħajja kkonsagrata. Hawn hemm djar ta’ ordnijiet u kongregazzjonijiet ta’ patrijiet u sorijiet, fosthom l-Agostinjani, il-Franġiskani, il-Kapuċċini, is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl u diversi kongregazzjonijiet ta’ sorijiet.
Flimkien magħhom hemm l-istituti sekulari ta’ ħajja kkonsagrata u l-Ordo Virginum, li f’Għawdex jiġbor erba’ nisa kkonsagrati f’idejn l-Isqof Djoċesan.