Aqbeż għall-kontenut

L-Ordo Virginum

L-Ordni tal-Verġni (Ordo Virginum) iħaddan fih nisa verġni li permezz ta’ vot solenni f’idejn l-Isqof Djoċesan jikkonsagraw lilhom infushom bħala għarajjes ta’ Kristu. Għaldaqstant il-verġni kkonsagrata mistennija li b’rieda ħielsa u hienja tingħata lil Kristu, u bħall-Knisja, tħobbu b’qalb sħiħa u fidila.

Kull verġni kkonsagrata tgħix il-konsagrazzjoni tagħha fil-qalba tad-dinja skont il-kariżma partikolari tagħha. Hija tgħix dan iż-żwieġ mistiku ma’ Kristu billi taqsam dan id-don kbir tal-imħabba ma’ ħutha l-bnedmin.

Kien il-Konċilju Vatikan II li reġa’ għaraf uffiċjalment din il-forma ta’ ħajja kkonsagrata. F’Għawdex hawn erba’ persuni msieħba fl-Ordo Virginum. Il-konsagrazzjoni tal-ewwel żewġ imsieħba saret fis-sena 2013.

Dettalji ta’ kuntatt
Delegat
Dun Alex Refalo