Aqbeż għall-kontenut

Tfal

Il-formazzjoni fil-fidi tat-tfal hija parti essenzjali mill-missjoni tal-Knisja f’Għawdex. It-tagħlim tal-Katekiżmu jsir prinċipalment fiċ-Ċentri tal-Katekiżmu tal-parroċċi u fl-Oqsma tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM), minn katekisti u soċji li jakkumpanjaw lill-ġenituri biex it-tfal jiltaqgħu ma’ Ġesù Kristu.

L-iskejjel primarji tal-Knisja jagħmlu wkoll parti minn din il-missjoni, billi joffru lit-tfal edukazzjoni li tgħaqqad l-iżvilupp akkademiku mal-formazzjoni umana, soċjali u spiritwali.