Il-Knisja f’Għawdex tgħix il-fidi tagħha f’komunitajiet differenti mxerrda madwar il-gżira. Fil-qalba tagħha hemm il-Katidral tal-Assunta fiċ-Ċittadella, fejn l-Isqof għandu s-sede tiegħu, u l-15-il parroċċa tad-Djoċesi, flimkien ma’ għadd ta’ knejjes u kappelli fl-ibliet u l-irħula ta’ Għawdex.
Il-ħajja tad-Djoċesi tissawwar ukoll mis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù u mill-Istitut Teoloġiku tiegħu, fejn jitħejjew dawk imsejħa għas-saċerdozju; mill-familji reliġjużi, l-istituti sekulari ta’ ħajja kkonsagrata u l-Ordo Virginum; kif ukoll mill-komunitajiet etniċi Kattoliċi f’Għawdex.
F’din it-taqsima ssib ukoll id-djar tal-irtiri, is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu u l-Gozo Ecclesiastical Heritage Trail.