Aqbeż għall-kontenut

Formazzjoni

Id-Djoċesi ta’ Għawdex għandha diversi istituzzjonijiet u servizzi li jappoġġjaw il-formazzjoni tal-komunità Nisranija u tas-soċjetà. L-Istitut għall-Ministeru Pastorali (IPM) joffri formazzjoni professjonali u kontinwa lil dawk impenjati fil-ministeru pastorali, filwaqt li Safeguarding of Minors – Gozo tippromovi kultura ta’ protezzjoni tal-minuri u tal-persuni vulnerabbli fi ħdan il-Knisja.

Ta’ Pinu Counselling Centre joffri għajnuna psikoloġika u terapewtika professjonali lil persuni u koppji f’diffikultà. Fil-qasam tal-komunikazzjoni u l-pubblikazzjonijiet hemm il-Lumen Christi Media Centre, il-Fondazzjoni Il-Ħajja f’Għawdex, li tissapportja r-Rivista mensili Il-Ħajja f’Għawdex, u l-Gozo Press.