F’Ottubru 1972, l-Isqof Nikol Ġ. Cauchi waqqaf il-Lumen Christi Publications, id-dar editriċi tad-Djoċesi, biex ixxerred iżjed it-tagħlim Nisrani permezz tal-kelma stampata. Minn dakinhar sal-lum, din id-dar pubblikatriċi pproduċiet għadd ta’ kotba ta’ tema reliġjuża u soċjali.
F’Settembru 1992 ġie inawgurat il-Lumen Christi Media Centre, li barra d-dar tal-pubblikazzjonijiet, integra fih librerija u ħanut ta’ kotba reliġjużi, uffiċċji pastorali u kateketiċi, u recording studios attrezzati tar-radju, bl-għan li tkun ċentru ta’ kordinament tal-midja djoċesana. Eventwalment il-binja laqgħet ukoll fiha l-uffiċċju editorjali tar-Rivista djoċesana.
Illum il-Lumen Christi Media Centre jospita l-uffiċini tat-Tribunal Ekkleżjastiku kif ukoll tal-Kummissjoni tas-Safeguarding.