Il-Fondazzjoni Il-Ħajja f’Għawdex (VO/2267) hi entità fi ħdan id-Djoċesi ta’ Għawdex imwaqqfa fl-2020 biex tippromovi l-wirt storiku, artistiku, letterarju u Kristjan tal-gżira Għawdxija, prinċipalment billi tissapportja r-Rivista mensili Il-Ħajja f’Għawdex, waqt li toħloq attivitajiet u inizjattivi, fosthom konferenzi, għall-apprezzement ta’ dan il-patrimonju u għall-formazzjoni kulturali u reliġjuża, u tippubblika kotba ta’ natura storika u kulturali.
Fit-23 ta’ Novembru 2025, il-Fondazzjoni tellgħet l-ewwel Konferenza pubblika tagħha dwar il-Papa Benedittu XVI u t-Tama Nisranija, fis-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex. Is-sena ta’ wara, f’Novembru, fakkret b’Konferenza oħra u pubblikazzjoni l-15-il anniversarju mill-mewt tal-Isqof Nikol Ġ. Cauchi.
Il-Fondazzjoni tikkordina wkoll l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tad-Djoċesi ta’ Għawdex.