L-Isqfijiet ta’ Għawdex
-
L-Ewwel Isqof ta’ Għawdex
Mons. Mikiel Franġisk Buttigieg
- Twieled il-Qala, Għawdex fit-3 ta’ Novembru 1793
- Ikkonsagrat Isqof f’Ruma fit-3 ta’ Mejju 1863
- Isqof ta’ Għawdex mit-22 ta’ Settembru 1864 sat-12 ta’ Lulju 1866
- Miet il-Belt Victoria, Għawdex fit-12 ta’ Lulju 1866
-
Amministratur Appostoliku għal Għawdex
Mons. Pawlu Micallef OSA
- Twieled il-Belt Valletta, Malta fil-15 ta’ Mejju 1818
- Ikkonsagrat Isqof f’Ruma fl-10 ta’ Jannar 1864
- Amministratur Appostoliku għal Għawdex mill-14 ta’ Awwissu 1866 sat-23 ta’ Settembru 1868
- Miet Pisa, l-Italja fit-8 ta’ Marzu 1883
-
It-Tieni Isqof ta’ Għawdex
Mons. Anton Grech Delicata Testaferrata
- Twieled il-Belt Valletta, Malta fil-21 ta’ Frar 1823
- Ikkonsagrat Isqof f’Ruma fl-14 ta’ Lulju 1867
- Isqof ta’ Għawdex mill-24 ta’ Settembru 1868 sal-31 ta’ Diċembru 1876
- Miet Malta fil-31 ta’ Diċembru 1876
-
It-Tielet Isqof ta’ Għawdex
Mons. Pietru Pace
- Twieled il-Belt Victoria, Għawdex fid-9 ta’ April 1831
- Ikkonsagrat Isqof f’Ruma fit-8 ta’ April 1877
- Isqof ta’ Għawdex mit-12 ta’ Marzu 1877 sal-10 ta’ Frar 1889
- Miet il-Belt Victoria, Għawdex fid-29 ta’ Lulju 1914
-
Ir-Raba’ Isqof ta’ Għawdex
Mons. Ġwanni Marija Camilleri OESA
- Twieled il-Belt Valletta, Malta fil-15 ta’ Marzu 1853
- Ikkonsagrat Isqof f’Ruma fl-24 ta’ Frar 1889
- Isqof ta’ Għawdex mill-11 ta’ Frar 1889 sal-20 ta’ Jannar 1924
- Miet ir-Rabat, Malta fis-7 ta’ Novembru 1924
-
Il-Ħames Isqof ta’ Għawdex
Mons. Mikiel Gonzi
- Twieled il-Kalkara/il-Birgu, Malta fit-13 ta’ Mejju 1885
- Ikkonsagrat Isqof fil-Belt Valletta fl-20 ta’ Lulju 1924
- Isqof ta’ Għawdex mit-13 ta’ Ġunju 1924 sat-22 ta’ Ottubru 1943
- Miet Malta fit-22 ta’ Jannar 1984
-
Is-Sitt Isqof ta’ Għawdex
Mons. Ġużeppi Pace
- Twieled il-Belt Victoria, Għawdex fit-30 ta’ Mejju 1890
- Ikkonsagrat Isqof fil-Katidral ta’ Għawdex fis-17 ta’ Diċembru 1944
- Isqof ta’ Għawdex mill-11 ta’ Novembru 1944 sal-31 ta’ Marzu 1972
- Miet il-Belt Victoria, Għawdex fil-31 ta’ Marzu 1972
-
Is-Seba’ Isqof ta’ Għawdex
Mons. Nikol Ġużeppi Cauchi
- Twieled l-Għarb, Għawdex fit-2 ta’ Marzu 1929
- Ikkonsagrat Isqof fil-Katidral ta’ Għawdex fid-9 ta’ April 1967
- Amministratur Appostoliku għal Għawdex mill-1967 sal-1972
- Isqof ta’ Għawdex mill-20 ta’ Lulju 1972 sal-25 ta’ Novembru 2005
- Miet Malta fil-15 ta’ Novembru 2010
-
It-Tmien Isqof ta’ Għawdex
Mons. Mario Grech
- Twieled il-Qala, Għawdex fl-20 ta’ Frar 1957
- Ikkonsagrat Isqof fil-Katidral ta’ Għawdex fit-22 ta’ Jannar 2006
- Isqof ta’ Għawdex mis-26 ta’ Novembru 2005
-
Id-Disa’ Isqof ta’ Għawdex
L-Isqof Anton Teuma
- Twieled ix-Xagħra, Għawdex fil-11 ta’ Jannar 1964
- Ikkonsagrat Isqof fir-Rotunda Arċipretali tax-Xewkija fil-21 ta’ Awwissu 2020
- Isqof ta’ Għawdex mis-17 ta’ Ġunju 2020