Aqbeż għall-kontenut

Il-Kummissjoni għall-Pastorali tal-Familja

Il-Kummissjoni għall-Pastorali tal-Familja tassisti lid-Delegat għall-Familja fil-kordinazzjoni u fl-iżvilupp tal-pastorali tal-familja fid-Djoċesi ta’ Għawdex.

Permezz ta’ għaxar timijiet, il-Kummissjoni tfittex li takkumpanja u ssostni lill-familji fil-fażijiet u ċ-ċirkustanzi differenti tal-ħajja tagħhom. Dan l-akkumpanjament isir prinċipalment billi, matul is-Sena Pastorali, kull tim jieħu ħsieb jorganizza u joffri mumenti ta’ formazzjoni umana u spiritwali, kif ukoll mumenti ta’ spiritwalità u ta’ fraternità lill-familji u lill-membri tagħhom.

L-għaxar timijiet imsemmija jiffokaw fuq dawn ir-realtajiet familjari u/jew fażijiet tal-ħajja tal-familja:

  1. Koppji għarajjes u koppji fl-ewwel ħames snin taż-żwieġ

  2. Koppji bi tfal żgħar u koppji li jaffaċċjaw l-infertilità

  3. Familji b’adolexxenti u żgħażagħ

  4. Familji fejn l-ulied kibru u ħallew, jew waslu biex iħallu, id-dar (empty nesters)

  5. Familji ta’ wlied b’diżabbiltà

  6. Persuni separati jew divorzjati

  7. Koppji f’relazzjoni ġdida, jew miżżewġin mill-ġdid, u familji mħallta (blended families)

  8. Romol

  9. Nanniet li qed jgħinu fit-trobbija tan-neputijiet

  10. Persuni u koppji anzjani

Il-Kummissjoni tfittex ukoll li tkun punt ta’ riferiment għall-parroċċi u tassistihom kull fejn hemm bżonn fil-ħidma pastorali favur il-familja. Tieħu ħsieb li toffri wkoll mumenti ta’ formazzjoni għall-operaturi pastorali li jaħdmu mal-familji.

Dettalji ta’ kuntatt
Id-Delegat għall-Familja