Il-Fraternità Sekulari Charles de Foucauld tiġbor flimkien lajċi li jixtiequ jgħixu l-fidi tagħhom fid-dawl tal-ispiritwalità ta’ San Charles de Foucauld, fil-ħajja ordinarja tal-familja, tax-xogħol u tal-komunità. Il-membri jfittxu li jagħmlu minn ħajjithom xhieda sempliċi u awtentika tal-preżenza u tal-imħabba ta’ Alla fid-dinja.
Iċ-ċentru tal-ispiritwalità tal-Fraternità huwa Ġesù Kristu, b’enfasi fuq il-ħajja ta’ Nazaret, l-adorazzjoni u l-Ewkaristija, it-talb, il-fraternità, is-sempliċità tal-ħajja u l-abbandun f’Alla. Permezz tal-laqgħat tagħhom, il-membri jaqsmu l-Kelma ta’ Alla, jitolbu flimkien, jirriflettu fuq il-ħajja u jfittxu li jagħrfu l-preżenza ta’ Alla fiċ-ċirkustanzi ordinarji tal-ħajja.
Il-Fraternità tħeġġeġ lill-membri tagħha jgħixu l-vokazzjoni Nisranija tagħhom fost in-nies u jkunu preżenza ta’ fraternità, umiltà, ħniena u servizz, speċjalment lejn dawk li huma aktar imbiegħda jew vulnerabbli. B’dan il-mod, l-ispiritwalità ta’ Charles de Foucauld tgħin lil-lajċi jgħaqqdu l-ħajja ta’ talb mal-ħajja ta’ kuljum u jagħtu xhieda tal-Vanġelu permezz tal-ħajja sempliċi u tal-imħabba konkreta.
Il-Fraternità f’Għawdex tiltaqa’ darba fix-xahar, minn Ottubru sa Ġunju, fiċ-Ċentru Pastorali Ragħaj it-Tajjeb, il-Belt Victoria.