Aqbeż għall-kontenut

Il-Caritas Għawdex

Caritas Għawdex.

Il-Caritas (parti mill-familja internazzjonali tal-Caritas Internationalis) hija l-istruttura pastorali karittativa li permezz tagħha l-Knisja f’Għawdex twettaq il-ħidma tagħha favur l-għażla preferenzjali tal-foqra u l-inklużjoni ta’ persuni li jinsabu f’sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà jew emarġinazzjoni soċjali.

Il-Caritas taħdem u tikkollabora ma’ għaqdiet u entitajiet oħra biex tippromovi l-iżvilupp sħiħ u integrali tal-persuna, tkun ta’ vuċi għal dawk li jinsabu mwarrba, tħeġġeġ il-kultura tas-solidarjetà u turi b’mod konkret l-attenzjoni u l-għożża tal-komunità Nisranija lejn il-foqra u dawk fil-bżonn.

Ma’ din il-ħidma hemm ukoll il-kumitati tal-Caritas fil-parroċċi, li jkunu qrib il-komunitajiet lokali u sensibbli għall-bżonnijiet tagħhom, b’attenzjoni partikulari lejn individwi u familji li jkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli.

Il-Caritas Djoċesana topera minn Dar Trionfi, Triq Sant’Ursola, il-Belt Victoria, fejn toffri s-servizz tagħha lill-persuni li jfittxu l-għajnuna. L-uffiċċju huwa miftuħ it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa, mid-9.30am sal-11.30am.