Aqbeż għall-kontenut

Il-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu

Il-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu huwa għaqda missjunarja u entità volontarja (NGO VO/0140) imwaqqfa f’Għawdex minn Mons. Ġorġ Grima fit-3 ta’ Diċembru 1987, Tifkira ta’ San Franġisk Saverju, Patrun tal-Missjonijiet. Fl-1992, l-Isqof Nikol Ġ. Cauchi approva l-istatut tiegħu u waqqfu uffiċjalment bħala entità tad-Djoċesi ta’ Għawdex.

Ispirat mill-kliem ta’ Ġesù, il-Moviment jara lil Kristu f’kull persuna fil-bżonn u jippromovi l-ispirtu missjunarju permezz tal-karità, is-solidarjetà u l-evanġelizzazzjoni. Bil-ġenerożità ta’ eluf ta’ benefatturi, jappoġġja proġetti ta’ edukazzjoni, saħħa u żvilupp uman, b’attenzjoni speċjali lejn tfal foqra u vulnerabbli.

Matul is-snin, il-Moviment ta kontribut sinifikanti għall-missjonijiet, b’mod partikolari fil-Brażil, l-Etjopja u l-Kenja, fejn jgħin fit-tmexxija ta’ djar għat-tfal, fil-bini ta’ skejjel, knejjes u djar, fil-formazzjoni ta’ seminaristi u saċerdoti, u f’ħafna inizjattivi oħra ta’ promozzjoni umana u pastorali. Voluntiera minn Malta u Għawdex iżuru regolarment dawn il-missjonijiet biex joffru s-servizz tagħhom u jsaħħu r-rabta mal-komunitajiet lokali.

Illum il-Moviment ikompli jġib ’il quddiem il-missjoni tiegħu bl-appoġġ ta’ eluf ta’ benefatturi u voluntiera. Permezz tal-ħidma tiegħu, jixhed b’mod konkret l-imħabba ta’ Kristu lejn il-foqra u jħeġġeġ lill-komunità Nisranija tgħix il-karità bħala parti essenzjali mill-missjoni tal-Knisja

Dettalji ta’ kuntatt
Direttur
Il-Kan. Alex Cauchi
Ħinijiet tal-Ftuħ
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00am sal-4.00pm, u s-Sibt mit-8.00am sal-11.30am