Aqbeż għall-kontenut

Id-Delegat għall-Kleru

Id-Delegat tal-Isqof għall-Kleru jassisti lill-Isqof fil-ħarsien u l-promozzjoni tal-ħajja, il-ministeru u l-ġid spiritwali, uman u pastorali tas-saċerdoti u d-djakni tad-Djoċesi. Huwa joffri appoġġ lill-kleru fil-qadi tal-ministeru tiegħu, jinkuraġġixxi l-komunjoni presbiterali u jikkollabora mal-Isqof biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet pastorali u personali tal-membri tal-kleru.

Fost ir-responsabbiltajiet tiegħu hemm il-promozzjoni tal-formazzjoni permanenti tal-kleru, l-akkumpanjament tas-saċerdoti fi stadji differenti tal-ministeru tagħhom, il-kura tal-benessri tagħhom, kif ukoll il-kollaborazzjoni mal-Isqof fi kwistjonijiet marbuta mal-ħatriet, it-trasferimenti u responsabbiltajiet pastorali oħra.

Dettalji ta’ kuntatt
Id-Delegat għall-Kleru
Dun Alex Refalo