Aqbeż għall-kontenut

Id-Delegat għad-Djakonija

Id-Delegat għad-Djakonija (Karità) jassisti lill-Isqof fil-promozzjoni, il-kordinazzjoni u l-iżvilupp tal-ħidma karitattiva u soċjali tad-Djoċesi. Huwa jaħdem biex il-Knisja tkompli twettaq il-missjoni tagħha ta’ qadi lejn il-persuni fil-bżonn, billi tixhed b’mod konkret l-imħabba ta’ Kristu permezz tas-solidarjetà, il-ġustizzja soċjali u l-karità.

F’isem l-Isqof, id-Delegat jikkordina l-inizjattivi u s-servizzi djoċesani fil-qasam tal-karità, filwaqt li jagħti attenzjoni partikolari lill-foqra, lill-emarġinati, lill-anzjani, lill-morda, lill-migranti u lil kull min jinsab f’sitwazzjoni ta’ vulnerabbiltà. Huwa jinkuraġġixxi kultura ta’ servizz u ta’ responsabbiltà soċjali, u jrawwem il-kollaborazzjoni bejn il-parroċċi, il-komunitajiet reliġjużi, l-għaqdiet ekkleżjali u l-entitajiet ċivili.

Id-Delegat jikkollabora wkoll mal-entitajiet djoċesani u mal-voluntiera involuti fil-qasam tal-karità, sabiex il-ħidma tagħhom tkun kordinata u f’armonija mal-prijoritajiet pastorali tad-Djoċesi. Huwa jippromovi inizjattivi ta’ formazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar id-dinjità tal-persuna umana, il-ġustizzja soċjali u l-għażla preferenzjali għall-foqra, biex il-karità tibqa’ espressjoni konkreta tal-fidi u parti integrali mill-missjoni evanġelizzatriċi tal-Knisja.

Dettalji ta’ kuntatt
Id-Delegat għad-Djakonija
Mons. Jimmy Xerri