L-Amministrazzjoni tal-Kurja tal-Isqof ta’ Għawdex tieħu ħsieb l-aspetti amministrattivi, finanzjarji u patrimonjali tad-Djoċesi. Taħt it-tmexxija tas-Segretarju Amministrattiv, li jassisti lill-Isqof f’dan il-qasam, hija tipprovdi l-appoġġ meħtieġ biex il-ħidma tad-Djoċesi titwettaq b’mod effiċjenti u responsabbli.
Il-ħidma hija mqassma bejn diversi uffiċċji: l-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni, li joffri appoġġ finanzjarju, amministrattiv u tekniku; l-Uffiċċju tal-Proprjetà, li jieħu ħsieb il-ġestjoni u l-manutenzjoni tal-proprjetajiet tad-Djoċesi; l-Uffiċċju tal-Ġestjoni tal-Proġetti, li jippjana u jikkordina proġetti djoċesani u parrokkjali; u l-Ħanut tal-Kotba u tal-Bolli, li jbigħ oġġetti reliġjużi u prodotti għall-kollezzjonisti, kemm fil-ħanut kif ukoll online.
B’hekk, l-Amministrazzjoni tfittex li tħares u tamministra b’għaqal ir-riżorsi fdati lill-Knisja f’Għawdex, għas-servizz tal-missjoni pastorali tagħha.