Aqbeż għall-kontenut

It-Tribunal Ekkleżjastiku

It-Tribunal Ekkleżjastiku huwa l-uffiċċju tal-Kurja tal-Isqof ta’ Għawdex li permezz tiegħu d-Djoċesi teżerċita s-setgħa ġudizzjali tagħha skont id-Dritt Kanoniku. Taħt it-tmexxija tal-Vigarju Ġudizzjali, it-Tribunal jisma’ u jiddeċiedi kawżi ta’ dikjarazzjoni ta’ nullità taż-żwieġ, proċessi penali u proċeduri kanoniċi oħra li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Knisja.

Il-ħidma tat-Tribunal titwettaq minn diversi uffiċjali, kull wieħed b’responsabbiltà speċifika: id-Difensur tal-Vinkolu, li jħares ir-rabta sagramentali taż-żwieġ u tal-Ordnijiet Sagri; il-Promotur tal-Ġustizzja, li jħares il-ġid pubbliku tal-Knisja; u l-Kanċillier, li jieħu ħsieb l-atti u d-dokumentazzjoni tal-kawżi.

It-Tribunal ifittex li jaqdi l-ġustizzja b’imparzjalità, kunfidenzjalità u sens pastorali, u li jilqa’ u jakkumpanja lil dawk kollha li jfittxu l-ġustizzja fil-Knisja b’rispett lejn id-dinjità tagħhom. F’din it-taqsima tinsab ukoll il-Kummissjoni tas-Safeguarding, li tippromovi ambjent sigur fil-Knisja għat-tfal u għall-adulti vulnerabbli.

It-Tribunal Ekkleżjastiku
Lumen Christi Media Centre, Triq Fortunato Mizzi, il-Belt Victoria VCT 2579
t. 2156 6048
e. [email protected]