L-Uffiċċju tal-Ġestjoni tal-Proġetti huwa responsabbli mill-ippjanar, il-kordinazzjoni u s-superviżjoni tal-proġetti djoċesani u parrokkjali li jitmexxew mill-Kurja tad-Djoċesi ta’ Għawdex. Huwa jaħdem biex jiżgura li kull proġett jitwettaq b’mod effiċjenti, responsabbli u f’armonija mal-missjoni, il-viżjoni u l-prijoritajiet strateġiċi tad-Djoċesi.
L-Uffiċċju jikkordina l-fażijiet kollha tal-proġetti, mill-ippjanar inizjali sat-tlestija tagħhom, filwaqt li jissorvelja l-użu tar-riżorsi, il-baġits, l-iskedi ta’ żmien u l-progress tax-xogħol. Huwa jiżgura komunikazzjoni effettiva bejn il-partijiet kollha involuti u jara li l-proġetti jitwettqu skont il-policies u l-istandards tad-Djoċesi.
Barra minn hekk, l-Uffiċċju jikkollabora mal-Kummissjoni tal-Arti Sagra, mal-Kummissjoni Patrimonju Kulturali Kattoliku, kif ukoll ma’ periti, inġiniera, konsulenti u professjonisti oħra, sabiex il-proġetti jirrispettaw il-valur storiku, artistiku, pastorali u tekniku tagħhom. Huwa joffri wkoll appoġġ fil-proċessi ta’ akkwist (procurement), fit-tħejjija tad-dokumentazzjoni meħtieġa u fit-talbiet formali lill-Kurja u lil entitajiet oħra kompetenti.
Permezz ta’ din il-ħidma, l-Uffiċċju tal-Ġestjoni tal-Proġetti jikkontribwixxi biex il-proġetti tal-Knisja f’Għawdex jitwettqu bi ppjanar tajjeb, trasparenza u responsabbiltà, dejjem għas-servizz tal-missjoni pastorali u tal-ġid tal-komunità.