Is-Segretarju Amministrattiv Djoċesan jassisti lill-Isqof fit-tmexxija tal-aspetti amministrattivi, finanzjarji u patrimonjali tad-Djoċesi ta’ Għawdex. Huwa responsabbli mill-ġestjoni u s-superviżjoni tal-amministrazzjoni finanzjarja u materjali tad-Djoċesi, tal-parroċċi u tar-rettoriji, filwaqt li jiżgura amministrazzjoni għaqlija, trasparenti u konformi mad-Dritt Kanoniku, mal-liġijiet ċivili u mal-policies djoċesani.
Fost ir-responsabbiltajiet tiegħu hemm is-superviżjoni tal-baġits, tal-kontabilità, tal-investimenti u tal-ippjanar finanzjarju, kif ukoll il-promozzjoni ta’ amministrazzjoni responsabbli u l-użu għaqli tar-riżorsi. Huwa jikkordina l-ġestjoni tal-proprjetà tal-Knisja, jissorvelja proġetti ta’ bini u manutenzjoni, u jipprovdi gwida u appoġġ lill-parroċċi u lir-rettoriji fi kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji.
Is-Segretarju Amministrattiv huwa wkoll responsabbli mill-ġestjoni tar-riżorsi umani lajċi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tad-Djoċesi, jassigura li l-uffiċċji u s-servizzi amministrattivi jkunu mgħammra bir-riżorsi meħtieġa, u jissorvelja l-operat tal-kumpaniji u l-entitajiet proprjetà tad-Djoċesi.
Permezz ta’ dan is-servizz, is-Segretarju Amministrattiv Djoċesan jikkontribwixxi biex il-ġid temporali tal-Knisja jiġi amministrat b’responsabbiltà, trasparenza u viżjoni fit-tul, dejjem b’appoġġ għall-missjoni pastorali u evanġelizzatriċi tad-Djoċesi.