Is-Segretarju tal-Isqof jassisti lill-Isqof fit-twettiq tal-ministeru tiegħu billi jikkordina l-ħidma tas-Segretarjat tal-Isqof u jipprovdi l-appoġġ amministrattiv u organizzattiv meħtieġ għall-qadi ta’ dmirijietu. Huwa jiffaċilita l-komunikazzjoni bejn l-Isqof, il-Kurja, il-parroċċi u l-entitajiet ekkleżjali u ċivili, filwaqt li jikkontribwixxi biex il-ħidma tal-Isqof titmexxa b’mod ordnat u effiċjenti.
F’isem l-Isqof, is-Segretarju jieħu ħsieb il-korrispondenza uffiċjali, jikkordina l-aġenda u l-impenji tal-Isqof, jorganizza l-laqgħat u l-appuntamenti tiegħu u jiżgura t-tħejjija tad-dokumentazzjoni meħtieġa għall-qadi tal-ministeru episkopali. Huwa jikkollabora wkoll mal-uffiċċji tal-Kurja u mal-entitajiet djoċesani sabiex tiġi żgurata komunikazzjoni ċara u kordinazzjoni effettiva.