Sors: Facebook
Dan iż-żmien tal-Milied huwa speċjali. Ir-riskju jkun li f’dan iż-żmien partikulari nagħmlu kollox, inkunu mħabbtin ħafna, u ninsew l-essenzjal, dak li hu l-qofol ta’ dan iż-żmien, jiġifieri l-ġrajja tat-Twelid ta’ din it-tarbija, ta’ Alla li jsir bniedem bħalna f’familja.
Alla jsir bniedem sempliċiment biex jgħin lill-bniedem fl-esperjenzi tiegħu tal-ħajja ta’ kuljum, jgħin lilna ngħixu d-diffikultajiet, il-mard, il-problemi, il-kunflitti fir-relazzjonijiet, it-tmiem ta’ relazzjoni, il-vojt li tħalli l-mewt ta’ persuna għażiża.
Il-Milied it-tajjeb lil kulħadd, b’mod speċjali hemm fejn hemm id-diffikultajiet u t-tbatija.