Sors: Facebook
Bejn il-5 u l-15 ta’ Awwissu, grupp ta’ 14-il abbati Għawdxi qed jagħtu s-servizz tagħhom fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, fejn is-Sibt li ġej se jirċievu wkoll il-Vestizzjoni. L-abbatini huma mill-Parroċċi Ta’ Kerċem, Ta’ Sannat, ix-Xagħra, ix-Xewkija, il-Katidral, San Ġorġ, u n-Nadur, kif ukoll mill-Knisja tax-Xlendi. Huma akkumpanjati mill-Arċipriet Michael Curmi, l-Arċipriet Krystof Buttigieg, Dun Noel Debono, is-seminarista Simon Zammit, u l-abbati Andrew Zerafa.