Sors: Facebook
Bejn it-Tnejn 30 ta’ Mejju u l-Erbgħa 1 ta’ Ġunju s-saċerdoti Għawdxin kellhom tlett ijiem ta’ aġġornament. Il-kelliem Dun Luca Balugani huwa saċerdot Taljan b’esperjenza wiesgħa fil-qasam tal-formazzjoni saċerdotali u reliġjuża. Huwa wkoll konferenzier u kittieb ta’ diversi artikli fil-kamp tal-vokazzjonijiet. Is-suġġett kien idur mal-identità saċerdotali, mifrux fuq tliet temi: 1. Spiċċa ż-żmien tal-identitajiet? Is-saċerdozju fi żmien li dejjem jinbidel; 2. L-irwol tal-Knisja: bejn dak li hu finit u infinit; 3. Liema tip ta’ leadership meta kollox jidher li qed jinbidel. Il-parteċipazzjoni tas-saċerdoti u reliġjużi kienet sabiħa ħafna. Filgħodu kien isir l-input minn Don Luca u wara s-saċerdoti kienu jiltaqgħu fi gruppi għal workshops.
Dun Balugani għada l-Ġimgħa se jmexxi l-Konferenza Djoċesana tal-Familja f'Villa Fiorita li tibda fis-6.30pm.