Sors: Facebook
Bejn it-Tnejn 6 u l-Ġimgħa 10 ta’ April, is-saċerdoti żgħażagħ residenti fl-Italja qattgħu ftit jiem ta’ mistrieħ u formazzjoni fil-muntanji tad-Dolomiti. Matul dawn il-jiem, is-saċerdoti żgħażagħ kellhom l-opportunità li jgħixu mumenti ta’ fraternità. Dawn il-mumenti ta’ fraternità seħħew kemm fil-mumenti ta’ talb flimkien, kemm fiż-żjarat f’postijiet ta’ interess kulturali bħall-Abbazija ta’ Novacella u l-Katidral ta’ Bressanone. Barra minn hekk, żaru wkoll siti naturali li joffru l-muntanji, bħal-Lago ta’ Braies u l-muntanji tat-Tre Cime.
Minbarra dawn il-mumenti, matul dawn il-jiem is-saċerdoti kellhom ukoll mument ta’ formazzjoni ma’ Don Gottfried Ugolini, presbiteru tal-Knisja ta’ Bolzano-Bressanone. Huwa Responsabbli djoċesan tas-Servizz għall-Protezzjoni tal-Minuri u tal-Persuni Vulnerabbli, membru tal-Kunsill ta’ Presidenza tas-Servizz Nazzjonali għall-protezzjoni tal-minuri tal-Konferenza Episkopali Taljana (CEI), kif ukoll Assistent Djoċesan għaż-Żgħażagħ. It-tema tal-mument ta’ formazzjoni kienet il-maturità affettiva.