Sors: Facebook
Bħala parti mill-attivitajiet tad-Djoċesi, saret laqgħa għall-persuni tat-tielet età bit-tema “Inħarsu saħħitna”, f’Dar Manresa, nhar il-Ħadd 3 ta’ Mejju.
F’din il-laqgħa ħadu sehem il-Prof. Anton Grech li tkellem dwar is-saħħa mentali, kif ukoll il-ġerjatra Dr Jonathan Calleja li tkellem dwar is-saħħa fiżika.
Ġew trattati diversi modi kif jistgħu jittieħdu passi ħalli jitjiebu l-kwalità u l-kwantità tal-ħajja.
Wara, l-udjenza għamlet diversi mistoqsijiet kif ukoll tat xi suġġerimenti dwar kif jistgħu jiġu megħjuna persuni fil-komunità.
Huwa ppjanat li fil-futur isiru taħditiet oħra ta’ interess għall-komunità kollha.