Sors: Facebook
Bħala parti mill-formazzjoni tas-saċerdoti tagħna, bejn it-Tnejn 27 u l-Erbgħa 29 ta’ Mejju ġie organizzat seminar għalihom f’Dar Manresa, il-Belt Victoria. Il-kelliema kienu Dun Andrea Peruffo u Dun Enrico Parolari mill-Italja ta’ Fuq, it-tnejn jaħdmu fil-qasam tal-formazzjoni. Kienu bosta s-saċerdoti li attendew għat-tliet nofstanhari ddedikati għalihom.
Tul il-jiem li damu hawn, il-kelliema ltaqgħu mal-Bord u l-formaturi tas-Seminarju Maġġuri, mal-membri tal-Uffiċċju Kleru, mar-reliġjużi femminili, u mal-equipe tal-formazzjoni tal-koppji għarajjes u tal-familja fid-Djoċesi.
It-tema li ppreżentaw għall-jiem tal-formazzjoni mas-saċerdoti kienet: “Bħal tafal f’idejn il-fuħħari”, silta meħuda mill-ktieb tal-Profeta Ġeremija (18:6).