Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Bħala parti mill-inizjattivi tagħha ta’ laqgħat għan-nanniet attivi, id-Djoċesi ta’…

Sors: Facebook

Bħala parti mill-inizjattivi tagħha ta’ laqgħat għan-nanniet attivi, id-Djoċesi ta’ Għawdex din id-darba organizzat laqgħa għall-ġenituri kollha li għandhom it-tfal miżżewġa, anki dawk li għad ma għandhomx tfal. Din il-laqgħa, bit-tema “Aħna, uliedna u wlied uliedna”, saret il-Ħadd 18 ta’ Mejju fis-sala tal-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju, il-Belt Victoria, u l-kelliem kien l-Isqof Anton Teuma.

Tul din id-diskussjoni, l-Isqof ippreżenta clip interessanti dwar imġiba ta’ omm ma’ binha li kien miżżewweġ. Dan il-clip, għalkemm ippreżenta l-imġiba tal-omm b’mod kemxejn esaġerat, kien sfond għal ħafna kummenti mill-udjenza preżenti dwar l-imġiba bejn omm u binha.

Hekk żvolġiet diskussjoni interessanti dwar sa fejn għandhom jaslu u jindaħlu l-ġenituri ma’ wliedhom ladarba dawn ikunu żżewġu. Ingħataw diversi pariri u suġġerimenti importanti lil dawk preżenti.

Aqsam fuq