Sors: Facebook
Bi preparazzjoni għal Sena Kateketika ġdida, ilbieraħ filgħaxija l-katekisti Għawdxin iltaqgħu fil-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb, Taċ-Ċawla, għall-ewwel minn żewġ laqgħat ta’ formazzjoni. Il-Kan. Simon M. Cachia, Kappillan tal-Fontana u Delegat tal-Isqof għall-Katekeżi tat-Tfal, li għadu ġej minn Konvenju f’Ruma għar-rappreżentanti djoċesani tal-Pastorali Kateketika, fisser lil dawk preżenti l-punti prinċipali tal-Ittra appostolika l-ġdida “Antiquum ministerium” li biha l-Papa Franġisku qed iwaqqaf uffiċjalment fil-Knisja l-Ministeru ta’ Katekista. Dun Simon irrifera wkoll għad-diskors riċenti li l-Papa għamlilhom dwar is-servizz tal-katekista.
L-Ittra appostolika “Antiquum ministerium” tista’ taqraha hawn: https://www.laikos.org/fr1_antiquum_ministerium_10052021.htm.