Sors: Facebook
Dalgħodu fl-10.00am saret il-Vestizzjoni tal-abbatini Għawdxin li qed jagħtu servizz fil-Vatikan. Din saret fil-Cappella del Coro tal-Bażilika ta' San Pietru u tmexxiet minn Dun Jean Claude Schembri, Direttur tal-Abbatini Maltin. Flimkien mas-saċerdoti li qed jakkumpanjaw il-grupp ta' 14-il abbati Għawdxi, kienu preżenti wkoll il-ġenituri u qraba tal-istess abbatini.