Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Dalgħodu, il-Papa Franġisku laqa’ lill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex li bħalissa jinsabu…

Sors: Facebook

Dalgħodu, il-Papa Franġisku laqa’ lill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex li bħalissa jinsabu f’Ruma għaż-żjara ‘ad limina Apostolorum’, sabiex jagħtu rendikont dwar il-qagħda tal-Knisja f’Malta u Għawdex. Waqt l-udjenza, il-Papa u l-Isqfijiet tkellmu dwar l-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex. Bi preparazzjoni għall-Ġublew tat-Tama li se jsir is-sena d-dieħla, il-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi biex ikun strument ta’ ħniena u mħabba. Fi kliem l-Arċisqof Charles Scicluna, dan il-messaġġ tal-Papa “kkonfermana fil-fidi u fil-missjoni tagħna”.

Aqsam fuq