Sors: Facebook
Dalgħodu l-abbatini Għawdxin li qed jagħtu s-servizz tagħhom fil-Vatikan kellhom l-opportunità li jiltaqgħu mal-Q.T. il-Papa Ljun XIV fi tmiem l-Udjenza ġenerali fl-Awla Pawlu VI. Huwa qalilhom li "neħtieġu missjunarji minn Għawdex ukoll", waqt li semmielhom li jaf lill-Isqof Għawdxi Giovanni Cefai MSSP li qed jagħti s-servizz tiegħu fil-Perù.