Sors: Facebook
Daniel Grima, speċjalizzat fuq id-dimensia, u Dr Anton Grech, psikjatra, indirizzaw taħdita għall-anzjani tat-Terza Età dalgħodu, f’Villa Fiorita, Marsalforn. It-tema magħżula kienet: “Kif nieħdu ħsieb is-saħħa mentali tagħna”.
Ġew diskussi sitwazzjonijiet marbuta mad-dimensia, kif ukoll xi servizzi u għajnuna li wieħed jista’ jagħmel użu minnhom. Ġiet indirizzata wkoll it-tema kif l-aħjar li nieħdu ħsieb is-saħħa mentali tagħna fid-diversi forom tagħha u x’nistgħu nagħmlu biex nilqgħu għaliha.