Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

F’dan il-jum tal-ġurament tal-ħatra ta’ Kap tal-Istat ġdid għan-Nazzjon tagħna, il-Knisja…

Sors: Facebook

F’dan il-jum tal-ġurament tal-ħatra ta’ Kap tal-Istat ġdid għan-Nazzjon tagħna, il-Knisja f’Għawdex tifraħ lill-E.T. Dr Myriam Spiteri Debono, il-11-il President tar-Repubblika ta’ Malta. Tifraħ aktar u aktar għax hi bint gżiritna – fi kliemha fl-ewwel indirizz uffiċjali, “ċittadina Maltija minn Għawdex” –, it-tielet Għawdxija fl-ogħla uffiċċju tal-pajjiż. Trodd ħajr ukoll lill-E.T. Dr George Vella għas-servizz tiegħu lil Art twelidna fl-aħħar ħames snin.

Mons. Tarċis Camilleri, Vigarju Ġenerali tad-Djoċesi ta’ Għawdex, ikkonċelebra fil-Pontifikal fil-Konkatidral ta’ San Ġwann dalgħodu.

F’din l-okkażjoni, forsi ma hemmx kliem aħjar minn dak tal-Liturġija li għadna kemm tlabna bih ftit tal-jiem ilu fid-daħla għal waħda mit-Talbiet il-kbar taf-Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej: “Nitolbu wkoll għal dawk li jmexxu ’l pajjiżna, biex il-Mulej Alla tagħna jmexxi l-fehma u l-qalb tagħhom skont ir-rieda tiegħu għall-paċi u l-ħelsien tassew ta’ kulħadd”.

📷 Arċidjoċesi ta’ Malta / Nicholas Agius

Aqsam fuq